Qegħdin fis-sena 50 qabel Kristu. Il-Gallja hija maħkuma kollha mir-Rumani. Insoma mhux kollha kollha... hemm raħal żgħir li fih jgħixu ġemgħa ta' Galliċi li għadhom jirreżistu l-qawwa tal-ħakkiema Rumani. Imma l-ħajja mhix faċli għas-suldati Rumani li jgħassu l-Fortizzi tagħhom f'Totorum, Akwarjum, Lodanum u Kompendjum...